Ikkompressa PDF

Ikkompressa l-PDF biex tnaqqas id-daqs tal-fajls PDF malajr u faċilment

B'xejn Online / Onlajn. Ebda restrizzjonijiet
Agħżel il-fajls
... jew itfa’ l-fajls hawn
Bl-użu ta’ din il-funzjoni, inti taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet tagħna
Il-Protezzjoni tal-fajl hija attiva
4.9 (8,272 Voti)
Avviż (Reklam)
😀 100% b'xejn grazzi għar-reklamar

Informazzjoni

Windows Linux MAC iPhone Android

Kif tnaqqas/tikkompressa l-fajls PDF

Agħżel il-fajls PDF tiegħek li għandhom jiġu mnaqqsa jew itfagħhom fid-depositorju tal-fajls u ibda l-proċess. Ftit sekondi wara, tkun tista’ tniżżel il-fajls PDF imnaqqsa tiegħek.

Kwalità li tista tiġi kontrollata

Tista tikkontrolla l-kwalità tal-tnaqqis permezz ta’ parametri, sabiex tikseb riżultat perfett għall-għanijiet tiegħek. Speċjalment fajls PDF b'ritratti jistgħu jiġu kompressi b'mod aktar sinifikanti minn fajls PDF bit-testi biss..

Faċli biex tuża

Il-PDF24 jagħmilha kemm jista jkun faċli u malajr għalik biex tnaqqas id-daqs tal-fajls PDF tiegħek. M'għandekx bżonn tinstalla xi ħaġa, iżda sempliċiment tagħżel il-fajls tiegħek u tibda tnaqqas.

Is-sistema tiegħek tiġi appoġġjata

Biex tnaqqas il-fajls PDF tiegħek, ma hemm l-ebda ħtiġijiet speċjali għas-sistema tiegħek. L-app taħdem fuq kull sistema operattiva komuni u browsers.

Ebda installazzjoni meħtieġa

M'għandekx bżonn tinstalla l-ebda softwer. It-tnaqqis tal-fajls PDF tiegħek isir fuq is-servers tagħna. L-app ma taħlix ir-riżorsi tas-sistema tiegħek.

Ipproteġi l-kompressjoni online

. Il-fajls tiegħek ma jiġux maħżuna għal aktar minn meħtieġ fuq is-server tagħna. Il-fajls kollha jiġu mħassra b'mod sħiħ mis-sistema tagħna wara ftit żmien.

Żviluppat minn Stefan Ziegler

Hekk kif tidħol

Agħżel fajls biex jitnaqqsu permezz tal-kaxxa tal-għażla tal-fajls.
Jekk hemm bżonn, irranġa s-settings bħal DPI u l-kwalità tal-immaġni. Ibda l-kompressjoni wara.
Salva l-fajls PDF ridotti fl-aħħar.

Dak li oħrajn qed jgħidu

Fajls PDF b'ritratti huma spiss kbar ħafna , wisq kbar biex jintbagħtu permezz ta email. B'din l-għodda hawn jien nista nnaqqas ħafna d-daqs tal-fajls PDF.
Għodda verament faċli u eċitanti li permezz tagħha wieħed jista jikkompressa l-fajls PDF. B'din, normalment inġib il-fajls ftit iżjed iżgħar mingħajr telfien ta’ kwalità.

Mistoqsijiet u Tweġibiet

Kif tista tikkompressa PDF biex tnaqqas id-daqs tal-fajl?

  1. Ikklikkja fil-kaxxa tal-għażla tal-fajls minn fuq nett tal-paġna u agħżel il-fajls li trid tikkompressa.
  2. Biddel il-parametri tal-kompressjoni jekk tixtieq. Ibda l-kompressjoni bil-buttuna kkonċernata.
  3. issejvja fl-aħħar il-fajls kompressi.

X'effett għandha l-kompressjoni ta PDF?

Meta jitnaqqas id-daqs tal-fajl ta’ PDF, jiġu użati metodi differenti biex jagħmlu l-fajl iżgħar. Skont liema data tkun inkluża fil-PDF, il-kompressjoni taħdem tajjeb jew anqas tajjeb. Fajls PDF bħal pereżempju dawk bir-ritratti jistgħu jiġu kompressi tajjeb. Il-PDF24 tuża t-tekniki li ġejjin biex tikkompressa PDF:

  1. Tneħħija ta’ informazzjoni tal-kitba li mhijiex meħtieġa għall-wiri tal-PDF.
  2. Tnaqqis tad-daqs tal-immaġni skont il-parametru DPI.
  3. Riduzzjoni tal-kwalità tal-immaġni skont il-parametru tal-kwalità tal-immaġni.
  4. Tibdil fil-fajl PDF u kompressjoni tad-data ta natura strutturali.

Kif nista nnaqqas id-daqs ta PDF mingħajr ma nitlef il-kwalità?

Kompressjoni mingħajr telf ta PDF hija possibbli bil- PDF24, iżda ma tistax tistenna tnaqqis kbir fid-daqs tal-fajl b'dan il-mod. Dan hu kif taħdem:

  1. Ikklikkja fil-kaxxa tal-għażla tal-fajls minn fuq nett tal-paġna u agħżel il-fajls li trid tikkompressa.
  2. Biddel il-mod ta’ kompressjoni għal kompressjoni mingħajr telf u ibda l-kompressjoni bil-buttuna kkonċernata.
  3. issejvja fl-aħħar il-fajls kompressi.

Għaliex il-PDF tiegħi hija kbira daqshekk?

Fajl PDF kbir jista jinħoloq meta l-fajl PDF ikun fih l-istampi. Dan hija r-raġuni ewlenija għal PDF biex ikun kbir ħafna. Fajl PDF li fih biss test huwa normalment ħafna iżgħar. Jekk PDF ikun fih l-istampi, tista tuża l-PDF24 biex tnaqqas id-daqs u l-kwalità tal-istampi.

Il-kompressjoni ta’ PDF tnaqqas il-kwalità?

L-għodda ta kompressjoni PDF24 għandha diversi modi. Fil-mod normali ta kompressjoni, il-kwalità u d-daqs tal-immaġini jiġu ridotti, għaliex dan għandu l-akbar effett fuq id-daqs tal-fajl. Il-kompressjoni bla telf ta kwalità tista tiġi użata wkoll, imma għandha effett inqas. Imma tnaqqis fil-kwalità spiss ma jkunx problema. Il-mistoqsija hija x’aktarx kemm il-kwalità tista tiġi ridotta, liema daqs ta fajl għandu jkun aċċettabbli.

Jistgħu jiġu kompressi tajjeb il-PDFs?

Iva, jekk il-PDF fih ir-ritratti, għax dawn ir-ritratti jistgħu jibqgħu jiġu kompressi u d-daqs tar-ritratt jista jitnaqqas. Il-kompressjoni tal-PDF għal fajls PDF mingħajr ritratti taħdem anqas tajjeb.

Kif nista nnaqqas id-daqs ta’ fajl PDF offline?

Niżżel sempliċiment il-Kreatur PDF24 bla ħlas u faċli biex tuża u installah. Dan is-softwer huwa soluzzjoni offline ta’ PDF li għandha għodda ta kompressjoni ta’ PDF li hija faċli biex tuża.

Il-PDFs jistgħu jiġi kompressi?

Il-PDFs ħafna drabi jużaw il-kompressjoni interna għall-oġġetti li jkunu fihom. Madankollu, din il-kompressjoni mhix assolutament neċessarja. Kull oġġett jew biss xi wħud jistgħu jkunu inklużi b'mod assolutament mhux kompress. Is-softwer li joħloq il-PDF jista jiddeċiedi jekk l-oġġetti għandhomx ikunu kompressi jew le. L-istandard tal-PDF ma jippreżenta l-ebda kompressjoni ta PDF.

Huwa sigur li tuża l-għodda PDF24?

Il-PDF24 jieħu l-protezzjoni tal-fajls u d-data ħafna serjament. Nixtiequ li l-utenti tagħna jkunu jistgħu jafdawna. Għalhekk, aspetti ta’ sigurtà huma parti integrali mill-ħidma tagħna.

  1. It-trasferimenti kollha tal-fajls isiru b'mod enkriptat.
  2. Il-fajls kollha jiġu mħassra awtomatikament mis-server tal-ipproċessar fi żmien siegħa wara l-ipproċessar.
  3. Aħna ma naħżnux fajls u ma nevalwawhomx. Il-fajls jintużaw biss għall-għan li jkun intiż.
  4. Il-PDF24 hija mmexxija minn kumpanija Ġermaniża, il-Geek Software GmbH. Is-servers kollha tal-proċessar jinsabu fiċ-ċentri tal-kompjuter fl-UE.
  5. Alternattivament, jekk tuża l-PDF24 Creator, se tikseb verżjoni desktop tal-għodda PDF24. Hawn, il-fajls kollha jibqgħu fuq il-kompjuter tiegħek, għaliex dan is-softwer jaħdem offline.

Nista nuża PDF24 fuq Mac, Linux jew Smartphone?

Iva, l-għodda ta PDF24 tista’ tużaha fuq kull sistema li jkollha aċċess għall-internet. Iftaħ l-għodda ta PDF24 f'web browser bħal pereż. Chrome u uża l-għodda direttament fil-web browser. M'għandekx bżonn tinstalla xi softwer ieħor.

Tista’ tinstalla PDF24 ukoll bħala app fuq il-mowbajl tiegħek. Biex tagħmel dan, iftaħ l-għodda PDF24 f'Chrome fuq il-mowbajl tiegħek. Imbagħad ikklikkja fuq l-ikona Install fil-kantuniera fuq nett fuq il-lemin jew żid PDF24 fuq l-iskrin tat-tluq tiegħek permezz tal-menù ta Chrome.

Nista nuża PDF24 offline mingħajr konnessjoni għall-internet?

Iva, l-utenti tal-Windows jistgħu jużaw PDF24 anke offline, jiġifieri mingħajr konnessjoni tal-internet. Biex tagħmel dan, żomm biss il-PDF24 Creator b'xejn u installa s-softwer. Il-PDF24 Creator jipprovdi l-għodda kollha tal-PDF24 bħala applikazzjoni tad-desktop fuq il-PC tiegħek. L-utenti ta sistemi operattivi oħra għandhom jużaw ix-xogħlijiet tal-PDF24.

Jekk jogħġbok, evalwa/iggrada din l-app

Jekk jogħġbok ixxerja din il-paġna

   
Għin lill-għodda ġodda, eċitanti u bla ħlas tagħna jkomplu jikbru!
Ikteb artiklu dwar l-għodda tagħna fil-forum , blogg jew websajt tiegħek.

Alternattiva: PDF24 Creator

Softwer għall-Windows b'karatteristiċ simili

Aktar għodda mill-aqwa